Unjoni tal-Ugwaljanza / #EUDiversityCapitals
Il-Premju tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità jirrikonoxxi x-xogħol magħmul minn bliet, irħula jew reġjuni fl-Ewropa biex jippromwovu l-inklużjoni u joħolqu soċjetajiet ħielsa mid-diskriminazzjoni.
Huwa miftuħ għall-awtoritajiet lokali biex japplikaw u huwa ċans biex juru lid-dinja x’qed jagħmlu dawn il-”bliet kapitali tal-inklużjoni” biex joħolqu spazji aktar diversi u inklużivi għaċ-ċittadini tagħhom.
Min jista’ japplika?
Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-awtoritajiet lokali bħal bliet, irħula jew reġjuni fl-UE. L-applikazzjonijiet għandhom isiru minn rappreżentant uffiċjali.
L-applikanti se jintalbu jipprovdu deskrizzjoni tal-inizjattivi ewlenin li jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni.
Inizjattivi li b’mod komprensiv ikopru raġunijiet diversi ta’ diskriminazzjoni (b’mod partikolari, is-sess, l-età, id-diżabilità l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon u l-orjentazzjoni sesswali /l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru) u li juru approċċ intersezzjonali se jkunu assi.
Għal aktar dettalji ara r-Regoli tal-Kompetizzjoni
KIf tapplika?
- L-applikanti għandhom joħolqu profil u japplikaw permezz tal-formola tal-applikazzjoni online
- Jekk jogħġbok imla t-taqsimiet kollha tal-formola tal-applikazzjoni online u ibgħatha sal-15 ta' Frar 2024, 12:00 CET
- L-applikazzjonijiet jistgħu jimtlew bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. Dawn se jiġu tradotti għall-Ingliż permezz ta’ traduttur awtomatiku. Fejn possibbli, l-applikanti huma mħeġġa jissottomettu l-proposta tal-proġett tagħhom bl-Ingliż biex jiffaċilitaw l-immaniġġjar tal-proposti
- L-applikanti jistgħu wkoll itellgħu jew jipprovdu link għal preżentazzjoni bil-PowerPoint b'10 slides biex juru l-applikazzjoni tagħhom.
- L-applikanti għandhom jehmżu Dikjarazzjoni ta’ unur (Anness III) iffirmata mis-Sindku jew rappreżentant fl-ogħla livell, awtorizzat mil-liġi nazzjonali biex legalment jirrappreżenta r-raħal/belt/reġjun.
Ara n-Nota ta' Gwida għal dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni
L-applikazzjonijiet għalqu. Grazzi lil dawk kollha li applikaw.
Kronoloġija tal-Kompetizzjoni
Kisbiet importanti |
Perjodu indikattiv |
Ftuħ tal-proċess tal-applikazzjonijiet |
6 ta’ Diċembru 2023 |
Għeluq tal-proċess tal-applikazzjonijiet |
15 ta’ Frar 2024, 12.00 CET |
Evalwazzjoni minn esperti indipendenti |
Frar / Marzu 2024 |
Evalwazzjoni mill-Ġuriji Ewropej (Kompetizzjoni ġenerali u Premju speċifiku għall-awtoritajiet lokali li jiżguraw bliet, irħula u reġjuni sikuri għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom billi jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa) |
Marzu/April 2024 |
Informazzjoni lill-applikanti |
April 2024 |
Iċ-ċerimonja tal-Premjijiet tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità 2024 |
25 ta’ April 2024 |