Il-Premju għall-Bliet Kapitali tal-Inklużjoni u d-Diversità huwa miftuħ għall awtoritajiet lokali kollha fl-UE li qed
jibnu soċjetajiet aktar ġusti billi jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni f’termini ta’:
Dan ifisser li r-raħal, belt jew reġjun tiegħek jista’ jikseb ir-rikonoxximent li jistħoqqlu għall-bini ta’ ambjent li jippermetti li kulħadd iħossu sikur u jissodisfa l-potenzjal tiegħu.
Hemm żewġ kategoriji ewlenin:
Se jingħata wkoll Premju speċifiku għall-awtoritajiet lokali li jiżguraw bliet, irħula u reġjuni sikuri għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom, billi jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa. Tista’ tissottometti l-applikazzjoni tiegħek bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.
L-applikazzjonijiet għalqu fil-15 ta’ Frar 2024 12:00 CET. Grazzi lil dawk kollha li applikaw. Sir af min huma r-rebbieħa fiċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni fis-25 ta’ April 2024.
Il-Premju ma jikkonċernax biss ir-rikonoxximent. Ir-rebbieħa tagħna se jispiraw irħula jew bliet oħra billi jaqsmu l-aħjar prattiki u politiki rebbieħa. Dan se joħodna lkoll pass ulterjuri lejn Unjoni ta’ Ugwaljanza u soċjetà aktar ugwali.
Il-Premju tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Inklużjoni u d-Diversità jingħata lil awtoritajiet lokali li jservu ta' eżempju tipiku tad-dedikazzjoni eċċellenti biex joħolqu spazji sikuri u inklużivi fejn kulħadd iħossu li jappartjeni u jista' jimxi 'l quddiem. L-awtoritajiet lokali rebbieħa jittrasformaw l-ideal tal-inklużjoni u d-diversità ġo riżultati tanġibbli. Dan iservi ta' ispirazzjoni għal oħrajn. Nirringrazzja lil dawn il-kapitali Ewropej talli wasslu l-Unjoni ta' Ugwaljanza għand iċ-ċittadini fil-livell lokali.
Helena Dalli, Kummissarju tal-UE għall-Ugwaljanza
Jekk għandek mistoqsijiet:
Niżżel il-preżentazzjoni għal applikanti potenzjali mill-webinar li sar mill-Kummissjoni Ewropea f'15/01/2024
Iċċekkja r-regoli u l-linji gwida
Ikkuntattja s-Segretarjat tal-Premju fuq award@eudiversity2024.eu
Għandna bżonn l-appoġġ tiegħek. Xerred il-kelma fuq il-media soċjali b’#DiversityCapitals u abbona għall-bullettin tagħna.
Il-kunċett tal-Premju tħejja f’konsultazzjoni mal-kollegi minn madwar il-Kummissjoni Ewropea inklużi dawk fid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, il-Politika Reġjonali u Urbana, l-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, l-Ambjent u s-Segretarjat Ġenerali. Aħna ħdimna wkoll mal-Kumitat tar-Reġjuni.
Organizzazzjonijiet barra mill-istituzzjonijiet Ewropej ukoll tawna l-appoġġ tagħhom: