Il-Kummissjoni Ewropea, il-Pjattaforma tal-UE tal-Karti tad-Diversità u l-membri tagħha qed jistennewk biex tingħaqad online matul ix-Xahar Ewropew tad-Diversità f’Mejju 2024. Dan is-sett ta’ għodod huwa mfassal għal kumpaniji li jixtiequ jissieħbu fix-Xahar Ewropew tad-Diversità billi jorganizzaw attivitajiet ta’ diversità, jippromwovu d-diversità fuq il-post tax-xogħol u jiċċelebraw ix-Xahar Ewropew tad-Diversità fuq il-midja soċjali
Issa huwa ż-żmien li turi l-appoġġ u l-impenn tiegħek għad-diversità u li ssemma’ leħnek.
Dan is-sett ta’ għodod jagħtik ideat dwar kif tippromwovi x-Xahar Ewropew tad-Diversità, u l-attivitajiet tiegħek relatati miegħu, fuq il-midja soċjali. Dan jinkludi wkoll diversi elementi viżwali u messaġġi li tista’ tniżżel u tuża fuq il-pjattaformi tiegħek stess, bil-lingwa tiegħek.
Jekk għadek qed tfittex ideat dwar liema attivitajiet tista’ torganizza matul ix-Xahar Ewropew tad-Diversità, ħares lejn il-Gwida tagħna biex tispira li niċċelebraw ix-Xahar Ewropew tad-Diversità.
EUDiversityMonth se jsir matul Mejju 2024. Tista’ tibda tippubbliċizza llum u tkompli sal-aħħar ta’ Mejju. Iċċekkja mal-Karta tad-Diversità nazzjonali tiegħek jekk humiex qed jippjanaw li jorganizzaw Jum/Ġimgħa nazzjonali tad-Diversità f’pajjiżek u kif tista’ tingħaqad magħha. Uża l-mezzi tal-midja soċjali tal-organizzazzjoni tiegħek biex tikkomunika – tista’ ssib is-suġġerimenti speċifiċi tal-midja soċjali hawn taħt. Semmi l-parteċipazzjoni tiegħek kemm fix-Xahar Ewropew tad-Diversità kif ukoll fil-Jum/Ġimgħa nazzjonali tad-Diversità tiegħek fuq il-midja soċjali, aqsam il-posts dwar ix-Xahar u segwi l-Karta tad-Diversità tiegħek fuq il-midja soċjali.
Meta tippubblika t-tweets, il-posts ta’ Facebook u ta' LinkedIn tiegħek, itteggja l-kontijiet tal-midja soċjali tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kummissarju Helena Dalli u tad-DĠ Ġustizzja u tal-Konsumaturi kif ukoll il-kontijiet tal-Karta tad-Diversità nazzjonali tiegħek bl-użu tat-tags elenkati hawn taħt.
Dejjem uża l-hashtag #EUDiversityMonth, għalkemm tista’ tuża wkoll il-hashtags #UnitedInDiversity, #DiversityCharters u #UnionOfEquality.
Meta tippubblika t-tweets tiegħek, itteggja l-kont tat-Twitter tal-Kummissjoni Ewropea, il-kont tat-Twitter tal-Kummissarju Helena Dalli, il-kont tat-Twitter tad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi (DĠ JUST) u l-kontijiet tat-Twitter tal-Karta tad-Diversità nazzjonali tiegħek direttament fil-messaġġ tiegħek, kif muri taħt il-posts tal-midja soċjali u tteggja l-kontijiet fuq il-viżwali ta’ #EUDiversityMonth. Ara hawn taħt għal-lista ta’ kontijiet biex titteggja.
Meta tippubblika fuq Facebook, itteggja l-paġna ta’ Facebook tal-Kummissjoni Ewropea u tad-DĠ JUST – Ġustizzja u Konsumaturi tal-UE, fil-messaġġi tiegħek u fuq il-viżwali ta’ #EUDiversityMonth. Ara l-lista sħiħa tal-kontijiet hawn taħt.
Meta tippubblika fuq LinkedIn, tista’ titteggja l-paġna ta’ LinkedIn tal-Kummissjoni Ewropea fil-posts tiegħek, fil-messaġġi tiegħek u fuq il-viżwali ta’ #EUDiversityMonth. Ara hawn taħt il-kontijiet biex titteggja.
Il-posts tal-midja soċjali ta’ hawn taħt huma pprovduti bħala sors ta’ ispirazzjoni għall-komunikazzjoni tal-midja soċjali tiegħek stess dwar ix-Xahar Ewropew tad-Diversità. Tista’ tniżżel u tuża l-viżwalli u tikkopja.
Copy
Post tax-xogħol inklużiv huwa post tax-xogħol aktar b'saħħtu. 💼
👀#Ingħaqad magħna u ċċelebra x-Xahar Ewropew għad-Diversità ta' dis-sena f'Mejju 2024.
Ejja naħdmu flimkien biex nibnu postijiet tax-xogħol #inklużivi fejn kulħadd iħossu komdu u milqugħ. 🤝
👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy
👀 Mejju 2024 huwa x-Xahar Ewropew għad-Diversità.
Id-#diversità twassal għal #bidla, #innovazzjoni u #tagħlim.
Is-26 Karta dwar id-Diversità tal-Ewropa li jirrappreżentaw iktar minn 15 400 organizzazzjoni huma parti minn spinta għall-promozzjoni ta' #futur aktar inklużiv billi jibnu postijiet tax-xogħol diversi
Sew jekk inti
➡️ kumpanija privata
➡️ istituzzjoni pubblika
➡️ NGO
➡️ belt
Ingħaqad magħna u ejja naħdmu flimkien biex nippromwovu d-diversità u l-inklużjoni għal futur #magħqud.
👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy
Il-post tax-xogħol tiegħek hu impenjat li jippromwovi d-diversità u l-inklużjoni?
Ix-Xahar Ewropew għad-Diversità jiċċelebra organizzazzjonijiet li jkunu qed jaħdmu biex joħolqu ambjenti ġusti u inklużivi għall-benefiċċju ta' kulħadd.
Meta tħaddan id-diversità u l-inklużjoni bħala valuri fundamentali fl-organizzazzjoni tiegħek tkun qed twitti t-triq biex toħloq post tax-xogħol aktar innovattiv u adattabbli. Dan l-approċċ hu essenzjali biex tindirizza b'mod effettiv l-isfidi bħal forza tax-xogħol li qed tixjiħ, teknoloġija li tavanza b'mod mgħaġġel, u l-bżonn ta' prattiċi sostenibbli tax-xogħol.
Lesti biex tħaddan il-futur tax-xogħol. Ħu sehem fil-promozzjoni tad-diversità bħala soluzzjoni fuq il-post tax-xogħol tal-lum matul #EUDiversityMonth.
👉 Sir af aktar: https://eudiversity2024.eu/mt/
#UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Facebook
Id-#diversità hija s-saħħa li noħolqu meta niftħu l-bibien lill-oħrajn u napprezzaw id-differenzi #individwali.
Dan il-#EuropeanDiversityMonth f'Mejju 2024 jiffoka fuq kif meta nħaddnu d-diversità u l-inklużjoni fuq ix-xogħol, inkunu nistgħu ngħinu biex organizzazzjonijiet jegħlbu l-isfidi tal-postijiet tax-xogħol futuri #UnjoniTa'Ugwaljanza!
Ingħaqad mal-@European Commission u mal-@EU Justice u l-Konsumaturi u ħu sehem fil-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol diversi u inklużivi.
Uri xi tfisser id-diversità għalik!
👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#UnitedInDiversity #DiversityCharters
Copy for LinkedIn
👀 Ħu sehem fil-#EuropeanDiversityMonth f'Mejju 2024!
Din hi l-opportunità għall-organizzazzjoni tiegħek sabiex
🔵 Tħaddan d-diversità u l-inklużjoni u tiżgura l-futur tal-organizzazzjoni tiegħek
🟠 #Tippromvowi d-diversità
🟣 Torganizza avvenimenti speċifiċi lill-impegati tiegħek
🟢 Tqajjem kuxjenza dwar id-diversità fost il-partijiet ikkonċernati tiegħek
Id-#diversità għaddejja minn sfida kontinwa; huwa permezz tal-għaqda tagħna li aħna noħolqu Ewropa #ugwali!
👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
🎉 Ejja #niċċelebraw #EuropeanDiversityMonth f'Mejju 2024!
Il-promozzjoni tad-diversità u ta' postijiet #inklużivi hija #sfida kontinwa. Uri ħidmietek favur id-diversità!
Ħu sehem illum!
👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#EUDiversityMonth
Copy for Facebook
👀 Ningħaqdu flimkien għax-Xahar Ewropew għad-#Diversità f'Mejju 2024!
Wasal iż-żmien biex #naġixxu ħalli nġibu bidla reali fis-soċjetà, biex nibnu #koeżjoni u #UnionOfEquality.
Ippromwovi l-#impenn tiegħek favur l-inklużjoni u enfasizza l-#isforzi tiegħek biex toħloq postijiet tax-xogħol #inklużivi. 💼
It-tħaddin tal-inklużjoni u tad-diversità jgħinek tibni organizzazzjoni aktar b’saħħitha f’dinja li qed tinbidel biex tadatta għal sfidi.
Organizza l-avvenimenti u l-attivitajiet tiegħek biex turi s-siwi tad-diversità u l-inklużjoni u kemm huma ta' benefiċċju għall-organizzazzjoni tiegħek.
Ejja nimpenjaw ruħna għad-diversità u l-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol u l-komunitajiet tagħna fl-Ewropa.
Sir af iktar
👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for LinkedIn
👀 Ningħaqdu flimkien għax-Xahar Ewropew għad-#Diversità f'Mejju 2024!
Il-kumpaniji u l-postijiet tax-xogħol jilagħbu parti importanti fil-bini ta' soċjetà inklussiva.
Ħaddan l-inklużjoni u d-diversità fuq ix-xogħol u ibni forza tax-xogħol aktar b’saħħitha li tista’ tegħleb l-isfidi bħal tixjiħ tal-popolazzjoni, il-bżonn li nisfruttaw ħiliet ġodda u xogħol aktar sostenibbli.
Ħu sehem u sir af iktar
👉 https://eudiversity2023.eu/mt/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
👀 Ningħaqdu għax-Xahar Ewropew għad-#Diversità f'Mejju 2024!
Ejja #naġixxu biex inġibu bidla u noħolqu soċjetà inklussiva.
Uri ħidmietek favur postijiet tax-xogħol diversi, inklużivi, u b'saħħithom.💼
Ħu sehem
👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#EUDiversityMonth
Copy for Facebook
Għin biex tagħmel id-diversità fuq il-post tax-xogħol in-norma, mhux l-eċċezzjoni!
Il-bini ta' forza tax-xogħol inklużiva u ambjent ta' xogħol inklużiv jista' jgħin lil kumpaniji biex jiġbdu u jżommu talent, ikollhom impenn ogħla mill-impjegati u iktar produzzjoni innovattiva.
Il-promozzjoni tad-diveristà u tal-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol jibgħat messaġġ qawwi lil impjegati potenzjali li huma ser ikunu milqugħa u apprezzati.
Ingħaqad magħna biex niċċelebraw il-#EUDiversityMonth f'Mejju 2024
Sir af iktar 👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#UnionOfEquality.
Copy for LinkedIn
Għin biex tagħmel id-diversità fuq il-post tax-xogħol in-norma, mhux l-eċċezzjoni!
Il-bini ta' forza tax-xogħol inklużiva u ambjent ta' xogħol inklużiv jista' jgħin lil kumpaniji biex jiġbdu u jżommu talent, ikollhom impenn ogħla mill-impjegati u iktar produzzjoni innovattiva.
Il-promozzjoni tad-diveristà u tal-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol jibgħat messaġġ qawwi lil impjegati potenzjali li huma ser ikunu milqugħa u apprezzati.
Ingħaqad magħna biex niċċelebraw il-#EUDiversityMonth f'Mejju 2024
Sir af iktar 👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
Għin agħmel id-diversità fuq il-post tax-xogħol in-norma, mhux l-eċċezzjoni!
Nibnu forza tax-xogħol diversa u ambjent inklużiv biex kumpaniji jattiraw u jżommu t-talent.
Ingħaqad magħna f'Mejju biex niċċelebraw il-#EUDiversityMonth
Mur 👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
#UnionOfEquality
Copy for Facebook
Ħalli x-xogħol tiegħek jgħodd!
L-evalwazzjoni tal-istat tad-diversità u l-inklużjoni fl-organizzazzjoni tiegħek hu l-ewwel pass biex toħloq post tax-xogħol fejn kulħadd:
Skopri kif tevalwa #diversità u #inklużjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħek 👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
Ixxerrja u ispira lil ħaddieħor, ingħaqad magħna f'Mejju biex tiċċelebra l-#EUDiversityMonth
#UnionOfEquality
Copy for LinkedIn
Ħalli x-xogħol tiegħek jgħodd!
L-evalwazzjoni tal-istat tad-diversità u l-inklużjoni fl-organizzazzjoni tiegħek hu l-ewwel pass biex toħloq post tax-xogħol fejn kulħadd:
Skopri kif tassessja #diversità u #inklużjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħek 👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
Ixxerrja u ispira lil ħaddieħor, ingħaqad magħna f'Mejju 2024 biex tiċċelebra l-#EUDiversityMonth
#UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
Ħalli xogħolok jgħodd!
Oħloq post tax-xogħol fejn kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs, rispett u appartenenza b’evalwazzjoni tal-istat tad-diversità u l-inklużjoni fl-organizzazzjoni tiegħek
Mur fuq 👉 https://eudiversity2024.eu/mt/
Għinna niċċelebraw il-#EUDiversityMonth f'Mejju 2024
#UnionOfEquality
Copy for Facebook
📉 Fis-snin li ġejjin, il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol mistennija tkompli tonqos. Dan ser ikollu impatt ekonomiku, lakuni ta' xogħol, u tħassib dwar koeżjoni soċjali. Ir-rata kurrenti ta' 30 dipendent għal kull 100 ħaddiem hi pproġettata li tiżdied għal 60 dipendent sal-2100.
Biex tibqa' kompetittiva, l-UE trid tindirizza l-isfidi ta' din il-bidla demografika.
Id-diversità u l-inklużjoni jispikkaw bħala soluzzjonijiet ewlenin biex inaqqsu dawn il-lakuni fil-forza tax-xogħol. Meta nħaddnu individwi tal-etajiet, sfondi u kapaċitajiet kollha, aħna nkunu nistgħu niftħu l-potenzjal li jkun għad ma nkixifx fejn kulħadd jirnexxi.
Ejja nappoġġjaw postijiet tax-xogħol diversi, inklużivi u ugwali bis-serjetà.💪
️Ingħaqad magħna f'Mejju biex niċċelebraw ix-Xahar Ewropew għad-Diversità: https://eudiversity2024.eu/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Linkedin
Fis-snin li ġejjin, il-popolazzjoni fl-età tax-xogħol tal-UE mistennija tkompli tonqos.
Din diġà għandha implikazzjonijiet estensivi, inlużi impatti ekonomiċi, nuqqasijiet ta' xogħol u tħassib dwar koeżjoni soċjali.
Din il-bidla demografika tpoġġi l-kompetittività tal-Ewropa f'riskju serju. Eżatt bħalissa, hemm 30 dipendent għal kull 100 persuna fil-forza tax-xogħol — figura li hi mistennija tirdoppja sal-2100.
Id-diversità u l-inklużjoni joħorġu bħal soluzzjonijiet vitali biex innaqqsu dawn il-lakuni fil-forza tax-xogħol u biex nippromwovu l-prosperità ekonomika. Meta nilqgħu individwi tal-etajiet, sfondi u kapaċitajiet kollha, aħna nkunu nistgħu niftħu l-potenzjal li jkun għad ma nkixifx u noħolqu soċjetà fejn kulħadd jirnexxi.
Ejja nieħdu pożizzjoni sogħda favur postijiet tax-xogħol diversi, inklużivi u ugwali.
➡️ Ingħaqad magħna f'Mejju biex niċċelebraw ix-Xahar Ewropew għad-Diversità: https://eudiversity2024.eu/
#EUDiversityMonth #UnitedInDiversity #DiversityCharters #UnionOfEquality
Copy for Twitter
📉 Il-popolazzjoni li qed tixjiħ tal-UE qed tirriskja l-kompetittività futura tagħna.
B'dipendenti għal kull 100 ħaddiem mistennija li tirduppjaw sal-2100, li tħaddan id-diversità u l-inklużjoni hi assolutament essenzjali.
👉Issieħeb mal-konversazzjoni f'Mejju matul l-#EUDiversityMonth:https://eudiversity2024.eu/
KONTIJIET TAL-MIDJA SOĊJALI RILEVANTI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA | ||||
---|---|---|---|---|
Isem l-organizzazzjoni, il-persuna jew il-pajjiż/il-kanal tal-Midja soċjali | ||||
Il-Kummissjoni Ewropea |
@European Commission | European Commission | European Commission | European Commission |
Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza Helena Dalli |
@helenadalli | Helena Dalli | ||
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi |
@EU_Justice | EU Justice and Consumers |