Merħba fiċ-ċentru tar-riżorsi għax-Xahar Ewropew għad-Diversità 2024. Dawn ir-riżorsi huma mfassla għal organizzazzjonijiet li jixtiequ jissieħbu fix-Xahar Ewropew għad-Diversità billi jorganizzaw attivitajiet li jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni fil-post tax-xogħol u jiċċelebraw ix-Xahar Ewropew għad-Diversità fuq il-midja soċjali.
Jistgħu jintużaw bla ħlas u huma disponibbli f’ħafna lingwi tal-UE. Agħmel l-aħjar użu minnhom biex tippromwovi l-attivitajiet tiegħek f’Mejju li ġej.
Niżżel il-viżwal ewlieni u użah fuq il-materjali promozzjonali tiegħek stess. Ħloqna wkoll strixxuni għas-sit web, għall-bullettin u għall-firma tal-posta elettronika tiegħek.
Ispira ruħek! Il-Gwida hija mimlija pariri dwar x’tista’ tagħmel l-organizzazzjoni tiegħek matul ix-xahar u kif tista’ tgħinna niddefendu d-diversità u l-inklużjoni.
Kun soċjali magħna u uża s-setgħa tal-midja soċjali tiegħek biex tippromwovi l-attivitajiet tiegħek għal #EUDiversityMonth. Niżżel il-posts kampjuni u l-assi għall-kanali tiegħek.
Jekk jogħġbok innota, ir-riżorsi fuq dan is-sit web ma jistgħux jintużaw għal skopijiet kummerċjali u jistgħu jintużaw biss minn organizzazzjonijiet li jippromwovu x-Xahar jew l-attivitajiet tagħhom marbuta max-Xahar.