Ix-xahar ta’ Mejju jimmarka x-Xahar Ewropew tad-Diversità fl-UE. Qed nappellaw lill-kumpaniji u lill-organizzazzjonijiet fl-Ewropa biex jingħaqdu magħna, mal-Kummissjoni Ewropea, biex jitfgħu dawl fuq l-importanza tad-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjetà billi jorganizzaw avvenimenti u attivitajiet matul Mejju.
Eluf ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet bbażati fl-UE f'setturi differenti u ta' daqsijiet differenti qed isaħħu attivament l-inklużjoni u l-appartenenza fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom. B'hekk huma qed jikkontribwixxu għal Unjoni ta' Ugwaljanza, fejn kulħadd għandu valur u huwa apprezzat għal dak li jkun. Il-politiki dwar id-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol jistgħu jgħinu wkoll lil organizzazzjonijiet, impjegaturi u ħaddiema biex jieħdu l-opportunitajiet ta' dinja tax-xogħol li qed tinbidel, imħeġġa mit-tranżizzjonijiet demografiċi, ekoloġiċi u teknoloġiċi.
Helena Dalli, Kummissarju tal-UE għall-Ugwaljanza
F’era mmarkata b’tibdil kontinwu, organizzazzjonijiet Ewropej jridu jadattaw malajr biex jiżguraw li jkollhom suċċess. Id-diversità u l-inklużjoni huma valuri indispensabbli mhux biss għat-trawwim tal-innovazzjoni imma wkoll biex nikkultivaw post tax-xogħol reżiljenti li jkun ippreparat biex jinnaviga l-isfidi li aħna lkoll niffaċċjaw u biex negħlbu kwistjonijiet kontemporanji strutturali bħal:
Ingħaqad magħna matul ix-Xaħar Ewropew għad-Diversita 2024 hekk kif niċċelebraw u nippromwovu l-qawwa tad-differenzi ħalli nfasslu post tax-xogħol modern u li jħares ‘il quddiem fejn il-kurżità, il-fluwidità u l-aċċettazzjoni jifflorixxu u jżidu l-iskambju tal-għarfien. Kun parti mill-futur tax-xogħol – fejn it-tħaddin tad-diversità ma jkunx sempliċi għażla imma neċessità strateġika.
Dan huwa ċ-ċans għall-organizzazzjoni tiegħek biex tieħu pożizzjoni u tippromwovi d-diversità u l-inklużjoni. Organizza attivitajiet jew avvenimenti matul ix-xahar ta’ Mejju: ippromwovi l-politiki dwar id-diversità u l-inklużjoni tal-kumpanija tiegħek lill-persunal f’workshops jew fuq il-midja soċjali, pereżempju ma’ #EUDiversityMonth. Għaliex ma tużax dan ix-xahar bħala l-punt ta’ tluq biex jiġu żviluppati inizjattivi ġodda biex tmexxi l-kumpanija tiegħek 'il quddiem?
Għandek bżonn ispirazzjoni? Ikkonsulta l-Karti dwar id-Diversità nazzjonali tiegħek jew il-Gwida tagħna għall-ideat.
Żgura l-viżibilità u ispira oħrajn bl-isforzi tiegħek billi tinkludihom fuq il-mappa tagħna tal-avvenimenti u l-attivitajiet li se jseħħu f’Mejju. Dan jieħu ħames minuti u jista’ jsir bil-lingwa tiegħek stess. Għad m’għandekx id-dettalji kollha? Tħallix dan iżommok, daħħal l-informazzjoni ewlenija dwar l-attività tiegħek issa u aġġornaha aktar tard.
Qed nagħtu bidu għax-Xahar ta’ din is-sena fid-25 ta’ April 2024. Ingħaqad magħna u mal-Kummissarju Dalli għall-avveniment tal-ftuħ ta’ livell għoli.
Iktar informazzjoni ser tkun disponibbli dalwaqt