Fokus fuq il-proċeduri u prattika tal-progressjoni u promozzjoni tal-karriera fil-ġestjoni tad-diversità fuq il-post tax-xogħol hu fattur prinċipali biex tinkiseb id-diversità fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni. Imbagħad bħala riżultat ta' dan, id-diversità fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni sservi biex issejjes kultura organizzazzjonali li tivvaluta d-diversità u l-ugwaljanza, u turi l-organizzazzjoni bħala attraenti lil diversità ta' impjegati potenzjali u attwali. Sorsi utli ta' gwida jistgħu jinkludu:
- Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol tistabbilixxi fergħat ta' azzjoni biex tappoġġja żvilupp professjonali fuq il-post tax-xogħol biex in-nisa jkunu jistgħu javanzaw fil-karriera, fil-Promozzjoni tal-Ugwaljanza tal-Ġeneru fuq il-Post tax-Xogħol (pp. 44-47).
- In-Network Ewropea Kontra r-Razziżmu, bl-involviment ta' imsieħba mis-settur privat, jiddeskrivi sfidi u l-aħjar prattiċi biex jippermettu progress fil-karriera għal persunal etniku minoritarju fis-Saqaf tal-Ħġieġ għal Minoritajiet Etniċi (pp. 15 sa 18), b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-impjegaturi (pp. 22 sa 23).
- Fil-Promozzjoni tal-Ugwaljanza fl-Impjieg (pp. 24 sa 31) l-istess organizzazzjoni tiddefinixxi azzjonijiet li jippermettu l-progressjoni u l-benesseri għal impjegati etniċi minoritarji.
- Fis-Sett ta' Għodod għal Ugwaljanza tal-Ġeneru fil-Prattika, l-Imsieħba Soċjali Ewropej (ETUC, BUSINESSEUROPE, UEAĠME u CEEP) jipprovdu 100 inizjattiva għall-ugwaljanza tal-ġeneru, bi prattiċi tajba biex jippromwovu n-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet bħala qasam ta' prijorità.